top of page

Il-ħidma politika

Ħidma politika kemm fil-Partit Nazzjonalista iżda wkoll fil-lokal fejn nokkupa l-irwol ta' Deputat Sindku. 

01

504121857_1097843678827475_259970681255221466_n.jpg

Ħajja ġdida lill-Floriana

Bħala Viċi Sindku tal-Floriana, qed naħdem biex nerġa’ nagħti spirtu lil-lokal – mhux biss bi proġetti ta' sbuħija, imma b’ħajja residenzjali, ekonomika u kulturali. Ħloqt dokument ta’ viżjoni u proposti konkreti dwar ir-riġenerazzjoni urbana u demografika ta’ Floriana, b’enfasi fuq:

  • Inċentivi biex aktar nies jgħixu fil-lokal.

  • Tisbieħ u aċċessibilità tal-ispazji pubbliċi.

  • Appoġġ lin-negozji żgħar u inizjattivi kulturali.

  • Valorizzazzjoni tat-turiżmu storiku u reliġjuż.

 

Dan id-dokument ġie approvat anki mill-Kunsilliera tal-Partit Laburista. Din il-ħidma hija frott ta’ osservazzjoni diretta, konsultazzjoni man-nies tal-lokal u impenn li noħloq futur aħjar għall-Floriana. Għalija, ir-riġenerazzjoni tfisser li nagħtu lura lill-komunità dak li jistħoqqilha - il-qalb u l-identità. 

02

Ħarsien tal-Fosos

Il-Fosos ta’ Floriana huma simbolu nazzjonali, imma huma wkoll parti essenzjali mil-lokal tagħna – spazju li għandu jservi lil Malta kollha, iżda qabel kollox lill-komunità ta’ Floriana. Bħala Minority Leader u anki issa bħala Viċi Sindku, kont proattiv fil-proċess ta’ reviżjoni tal-Memorandum of Understanding (MOU) bejn il-Kunsill Lokali u l-awtoritajiet nazzjonali dwar l-użu ta’ dan il-post.
 

Ħdimt sabiex:

  • Nressaq l-emendi meħtieġa fil-MOU, li jinkludu limiti aktar stretti fuq il-ħinijiet tal-avvenimenti, obbligu ta’ komunikazzjoni bikrija mal-Kunsill, u pjan ċar ta’ tindif u restawr immedjat wara kull attivita’.

  • Ninsisti fuq il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni regolari mar-residenti, qabel u wara avvenimenti ewlenin.

  • Sostnejt it-talbiet u l-ħidma biex naraw il-possibbiltà li l-Fosos ikun devolut lill-Kunsill Lokali. Dan ifisser li 'l quddiem ikun eliminat il-limbu dwar min għandu jħares il-Fosos matul it-365 ġurnata tas-sena. 


Grazzi għal dan l-impenn, il-Kunsill illum għandu aktar vuċi u kontroll fuq kif jintuża dan is-sit uniku, b’aktar protezzjoni għar-residenti u għall-wirt storiku. Xorta mhux biżżejjed. 
 

Nemmen f’viżjoni fejn il-Fosos ma jkunux biss spazju ta’ spettaklu, imma wkoll ta’ rispett lejn il-komunità li toqgħod magħhom kuljum.

e6faabc4468ad2a5d7c865f0caf21389f8ad553f-1693802883-3a282a3d-960x640.jpg

03

Il-Masġar tal-Ġublew

Jubilee-Grove.png

Bħala Deputat Sindku qed naħdem b’mod attiv biex nagħti ħajja ġdida lill-Masġar il-Ġublew (Jubilee Grove), li ilu abbandunat għal snin sħaħ. Fl-2017, ippreżentajt mozzjoni fil-Kunsill Lokali biex il-Masġar jiġi protett u mħares, bil-għan li jinbidel għal masġar nazzjonali aċċessibbli għall-familji Maltin u Għawdxin. Fi ftit kliem, Park tal-Familja.

Fl-2024, erġajt qajjem l-attenzjoni dwar il-kundizzjoni mwiegħra tal-Masġar, inkluż il-marki ħomor misterjużi fuq is-siġar li qajmu tħassib dwar tnaqqis jew tneħħija tagħhom. F’filmat qasir, enfasizzajt ukoll il-grafitti fuq is-swar tal-Floriana, li qatt ma ġew restawrati.


Issa b'għajnuna anki minn entitajiet oħra governattivi, jidher li se jkun hemm kambjament. Għalkemm inħoss li l-mertu tal-Kunsill ftit qed jingħata.

Il-ħidma tiegħi tinkludi wkoll sejħiet għal tindif regolari, tisbieħ tal-passaġġi, u restawr ta’ elementi strutturali fil-Masġar.

Nemmen li dan l-ispazju għandu jservi mhux biss bħala żona ta’ rikreazzjoni, imma wkoll bħala simbolu ta’ kif nistgħu nħarsu u nġeddu l-wirt naturali tagħna.

04

'Il fuq minn 55 mozzjoni 

Sa issa, għaddejt 'il fuq minn 55 mozzjoni fil-Kunsill Lokali, kollha b’mira waħda: titjib reali u sostenibbli għall-komunità tagħna.


L-istess entużjażmu u dedikazzjoni nixtieq li nġeddu għad-Distrett kollu. Nixtieq nibqa' naħdem bla heda biex inġib bidla pożittiva għall-komunitajiet tagħna.

495316438_1078446824100494_4126190028858061028_n.jpg
bottom of page