top of page
James Aaron Ellul - Image.jpg

Min jien

Din hija l-paġna fejn tista' taqra ftit aktar dwari 

  • Facebook
  • X

Il-bijografija tiegħi.

Eks ġurnalist tal-midja tal-Partit Nazzjonalista u servejt wkoll bħala Direttur Komunikazzjoni fil-perjodu ta’ bejn l-2023 - 2024. Illum qed inservi fl-irwol ta' Direttur Informa fi ħdan Net Media u l-Partit Nazzjonalista. Lettur ukoll tal-Malti fi ħdan l-MCAST. 

Bdejt il-karriera ġurnalistika tiegħi fuq bażi part-time ma' Net News lura fl-2014, sakemm eventwalment fl-2018 qlibt l-impjieg għal wieħed full-time u kont wieħed min-newscasters ta' NET TV. Tul karriera ġurnalistika ta' kważi 10 snin, ipproduċejt u ppreżentajt għadd kbir ta' programmi ta' natura differenti, inkluż programmi politiċi, kif ukoll programmi ta' ġrajjiet kurrenti u diskussjoni kemm għat-TV u anke għar-radju. Għadni nipproduċi l-programmi anki wara t-tluq tiegħi min-newsroom, fosthom il-programm PROFILI li fl-2025 beda l-5 staġun tiegħu.

Fl-2025, irbaħt il-Premju mill-Istitut tal-Ġurnalisti Malti, l-IĠM, għall-aħjar użu tal-Malti mitkellem. Filwaqt li l-intervista "PROFILI ma' Fabio Spiteri" ġiet it-3 post fil-ġurnaliżmu tal-isport u "PROFILI ma' Keith Marshall" it-3 post għall-aqwa podcast. 

Jien mill-Floriana, ta' 19-il sena kont elett fl-ewwel Elezzjoni tal-Kunsill li kkontestajt, illum nservi wkoll bħala Deputat Sindku tal-PN, fl-istess lokalità.

Gradwajt fil-Malti, bl-Unuri u ħdimt fuq għadd ta' kotba għal djar tal-pubblikazzjonijiet differenti. Fl-2023 ippubblikajt il-ktieb Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami. Fis-sena 2022, studju tiegħi kien ġie ppubblikat fil-ktieb Pioneers of Democracy. Finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tas-sena 2024. Bħalissa qed nistudja għal Master fl-Arti fl-Interpretazzjoni tal-Letteratura Maltija fi ħdan l-Università ta' Malta. 

Fl-2020 ingħatajt unur nazzjonali tal-JCI b'rabta mal-ħidma tiegħi fil-politika lokali fil-Floriana.

Għandi għal qalbi dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ilsien Malti u l-identità Maltija u l-passatempi favoriti tiegħi huma l-qari, l-isport u li nżur pajjiżi differenti biex niskopri kulturi u tradizzjonijiet differenti. Inħobb inżomm ruħi aġġornat b'dak kollu li jkun għaddej madwarna, inkluż fix-xena internazzjonali.

Iben Adrian u Therese. Miżżewweġ lil Sarah Jane, u għandna iben, bl-isem ta' Pio Leone.

bottom of page